Logo City of Valletta
Search





The Official Website of the Valletta Local Council Administration
News
IKIDS Event 15 u 16 ta’ Settembru 2014 – Teatru Rjal Valletta

Attivita mtella’ mit-TCTC biex jigu moghtija c-certifikati lil partecipanti tal-progett IKIDS li sar matul dan is-sajf madwar Malta u Ghawdex.

Il-progett IKIDS ghal dan is-sajf gie fit-tmiemu b’ attivita li ghaliha attendew mijiet ta’ tfal li hadu sehem f’ dan il-progett edukattiv li gie organizzat mall- kunsilli lokali u t-TCTC. Fil-jum, tat-Tnejn, 15 ta Settembru saret l-attivita ghal kunsilli gejjin min naha ta’ fuq ta’ Malta, filwaqt li Tlieta, 16 ta’ Settembru saret l-attivita ghal tfal li attendew fil-kunsilli min-naha t’ isfel.

Din l-attivita’ saret taht l-awspicju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali l-onorevoli Dr Stefan Buontempo. Waqt din l–attivita Dr Buontempo spjega l-importanza tal-kunsilli lokali li jkun ta’ ghajnuna fis-socjeta’ biex jippromovu l-edukazzjoni u l-uzu ta’ ghodod bhal kompjuters u l-internet fis-socjeta’ moderna li qedin nghixu fiha llum. Fahhar ukoll l-inizjattivi li l-kunsilli qed jimbarkaw mall-privat li permezz taghhom qed jersqu qrib lejn ic-cittadin. “Hija fil-mira tal-gvern li progetti bhal dawn inkomplu nsostnuhom, nemmnu li l-kunsilli huma importanti biex ikunu eqreb lejn is-socjeta’ f’ dak li nwettqu”.

Waqt din l-attivita’ ippartecipaw il-kor mmexxi minn Gillian Attard, filwaqt li Gaia Cauchi kantat ghal udjenza prezenti. Geordie Schembri u Antoinette Falzon prezentaw il-programm waqt din is-serata’.

Forsi mistdenin distinti, prezenti wkoll kien hemm l-onorevoli membru parlamentari u kelliem ewlieni  ghal oppozizzjoni s-sur David Agius, li fahhar dawn il-progetti u ideat innovattivi li f’ holqa bejn il-gvern u l-privat huma ta’ gwadan fl-izvillup akademiku tat-tfal taghna.

Ray Abela, direttur manigerjali tat-TCTC tkellem fuq din celebrazzjoni tat-tfal u tal-kunsilli, flimkien mat-TCTC, l-genituri u l-isponsors. Progett li ra l-fuq minn 3000 tifel u tifla ta’ bejn 4 u 10 snin jattendu ghal dan il-kors b’xejn madwar Malta u Ghawdex. “Mhux facli li tamministra progett kbir bhal dan. Progett li biex timplimentah trid rizorsi kbar .... 360 grupp, kompjuter ghal kull student fil-klassi, 42 centru ta’ taghlim fil-kunsilli, noti ghal kull student u hafn aktar”. Dan ghamilnieh ghax nemmnu fina nfusna, nemmnu fikom il-kunsilli, nemmnu li l-prodott TCTC u l-progetti taghna verament jappellaw b’ sahha u popolarita ghal kull eta u faxxa fis-socjeta taghna. Nhossni kburi li nifforma parti minn tim kbir ta nies li l-ghan taghna u li nmexxu l-pajjiz lejn socjeta aktar moderna u inklussiva biex hadd ma jinqata lura fl-uzu tat-teknologija applikata, fil-hajja ta kuljum. Nixprunaw ideat li verament huma parti integrali lejn il-futur tas-socjeta mhux biss ghat-tfal imma wkoll ghal genituri, ghaz-zaghzagh taghna kif ukoll ghal anzjani”.

IKIDS huwa kors li jsir matul il-gimghat tas-sajf ibazzat fuq taghlim akkademiku b’ uzu tal-kompjuter u l-internet. Studenti gew imqassma fi tliet gruppi skond l-eta cioe 4-6 snin, 7 u 8 snin, u 9 u 10 snin.
Ghal aktar informazzjoni idhlu fuq www.ikids.com.mt jew email [email protected]



  © Valletta Local Council 2007 Disclaimer | Privacy Policy | Sitemap
| About Us | News | Events | Directory | Getting Around | History & Culture | Malta | Archives & Speeches | Services | Projects | Your Events in Valletta | Agenda/Minutes & schedule | Facebook

icon.
What's on? News History Malta Photos Directory UNESCO World Heritage Centre Malta Maritime Authority