Logo City of Valletta
Search





The Official Website of the Valletta Local Council Administration
News
Kunsilli Lokali Żgħażagħ

Aġenzija Żgħażagħ qed tnedi l-ħames edizzjoni tal-proġett Kunsilli Lokali Żgħażagħ.  Dan il-proġett li inħadem b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ li jkunu bejn l-erbatax u t-tmintax-il sena biex jieħdu sehem fi djalogu strutturat li permezz tiegħu jiddiskutu temiet ta’ importanza għal-lokalità rispettiva tagħhom. Din is-sena fuq talba taż-żgħażagħ wara li saret konsultazzjoni magħhom qed isiru xi tibdiliet fuq il-proġett.  Ġie deċiż li l-proġett se jkun kontinwu minflok fuq terminu ta’ sitt xhur u li iktar Kunsilli Lokali Żgħażagħ ser jingħataw somma sabiex jimplimentaw proġett.
 

Iż-żgħażagħ se jiġu mitluba jattendu seminars ta’ taħriġ sabiex jifhmu aħjar kif jopera Kunsill Lokali u x’jinvolvu rwoli differenti fi ħdan il-Kunsill.  Wara flimkien ma’ Youth Worker se joħorġu b’inizjattiva sabiex jippreżentaw proposta lill-Kumitat tal-Għażla fi ħdan Aġenzija Żgħażagħ.
 

Inħeġġiġkom sabiex tibagħtu l-applikazzjonijiet tagħkom sa mhux aktar tard minn nofsinhar tad-29 ta’ Novembru 2013 f’envelope immarkat Kunsilli Lokali Żgħażagħ 2013/14 fl-indirizz indikat hawn taħt.

Tislijiet u nittama li flimkien naħdmu sabiex niftħu iktar opportunitajiet u nagħtu iktar esperjenzi liż-żgħażagħ.

Agħfas hawn biex tniżżel l-applikazzjoni

Agħfas hawn biex tara l-Linja Gwida

  © Valletta Local Council 2007 Disclaimer | Privacy Policy | Sitemap
| About Us | News | Events | Directory | Getting Around | History & Culture | Malta | Archives & Speeches | Services | Projects | Your Events in Valletta | Agenda/Minutes & schedule | Facebook

icon.
What's on? News History Malta Photos Directory UNESCO World Heritage Centre Malta Maritime Authority