- Tfal b' saħħithom kullimkien...
- Kura għan-nisa waqt it-tqala...
- Ħadd bil-ġuħ u ħadd ma jgħix fil-faqar...
- Kulħadd ikollu dritt għall-edukazzjoni...
- Kontroll fuq HIV/Aids, Malarja u mard ieħor...
- Kulħadd meqjus l-istess irrelevanti mis-sesswalita tiegħu...
( http://www.un.org/millenniumgoals/ )
Kemm tkun isbaħ id-dinja kieku jirnexxielna nilħqu dawn il-miri!
Tgħix f' dinja fejn dan ħa jibqa ħolm!
Il-bżonn li tgħajjat u twerżaq u tiġri ma l-erbat irjieħ tgħid lil kulħadd li dinja aħjar hi possibli!
Mela ejja ingħaqad magħna nhar il-15 t' Ottubru f' Misraħ l-Assedju l-Kbir (quddiem il-Qorti), il-Belt, mill-9:45am il' quddiem! Ejja iġri u għajjat (litteralment), ġib lil ħbieb u l-familjari, ħalli lkoll flimkien niċċelebraw il-ġurnata internazzjonali għall-eradikazzjoni tal-faqar!
Eta': L-Attivitajiet huma addattati għan-nies ta' kull eta
Ħlas: Ipparteċipa billi tħallas b' Ġirja mimlija enerġija u Għajta kollha entużjażmu! (Le veru, il-parteċipazzjoni hi b' xejn...)
Kif: Irreġistra għall-ġirja ħalli inti ukoll tesprimi l-urġenza li hemm bżonn biex tittieħed azzjoni fuq dan il-qasam, jew ħajjar l-NGO li taħdem magħha ħa tiġu u tarmaw stand dakinhar... infurmaw lin-nies bix-xogħol li tagħmlu u forsi, min jaf, tħajru xi erbgħa voluntiera ġodda!
STOPoverty: http://www.stopovertymalta.org/