Logo City of Valletta
Search





The Official Website of the Valletta Local Council Administration
Archived Event
Għeluq il-Festi tal-1950 anniversarju mill-Miġja ta' San Pawl f'Malta
From: 10/10/2010 To: 17/10/2010

Programm ta' Għeluq il-Festi tal-1950 anniversarju

mill-Miġja ta' San Pawl f'Malta 
 

Il-Ħadd, 10 ta' Ottubru: Ħruġ tal-vara ta' San Pawl min-niċċa.

10.00a.m. Quddiesa kantata bis-sehem ta' Rev. Kapitlu mmexxija minn Rev. Arċipriet Kan. Alfred Camilleri.

Wara l-Quddiesa ssir l-inawgurazzjoni ta' lapida fil-Knisja li tfakkar dan l-anniversarju. Din il-lapida ġiet ġentilment imħallsa mill-benefattur ta' din il-Parroċċa is-Sur Anthony Cassar. 

It-Tnejn, 11 ta' Ottubru: Ċelebrazzjoni għat-tfal.

6.30p.m. Quddiesa organizzata għat-tfal kollha tad-duttrina.  Iqaddes Rev. P. Victor Paul Farrugia O. Carm.

It-tfal kollha li jattendu jingħataw tifkira tal-okkażjoni. 

7.45 p.m. Inawgurazzjoni ta' esibizzjoni bit-tema 'Storja, Kultura, u Fidi' mtella mill-Għaqda tal-Pawlini bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat tas-Soċjetà  'La Valette' fis-Sede tal-istess soċjetà.  Jiftaħ din l-esibizzjoni s-Sur Pawlu Asciak (President Fundatur tal-Għaqda tal-Pawlini) u  jbierek din il-wirja Rev. Arċipriet Kan. Alfred Camilleri.   

It-Tlieta, 12 ta' Ottubru: Taħdita dwar San Pawl

6.30p.m. Quddiesa letta.

7.00p.m. Taħdita nteressanti minn Rev. P. Marcello Ghirlando O.F.M. It-tema magħżula ser tkun 'l-1950 sena mill-Miġja ta' San Pawl f'Malta - Ġrajja Providenzjali - Ġrajja Mbierka'. 

L-Erbgħa, 13 ta' Ottubru: Ċelebrazzjoni Ewkaristika Speċjali

6.30p.m. Ċelebrazzjoni Ewkaristika bir-Rit Biżantin.  Din il-Quddiesa ser titmexxa mill-Papas tal-Griegi, l-Arċimandrita Mons. George Mifsud Montanaro.  

8.00 p.m. Kunċert mill-Brass Band tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan fil-Każin tas-Soċjetà 'La Valette'.  Il-pubbliku nġenerali huwa mistieden għal din l-okkażjoni. 

Il-Ħamis, 14 ta' Ottubru:  Adorazzjoni Ewkaristika

6.30p.m. Quddiesa letta.

7.00p.m. Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-kitbiet tal-Appostlu Missierna San Pawl. 
 
 

Il-Ġimgħa, 15 ta' Ottubru

6.30p.m. Il-Quddiesa ser tkun organizzata u animata mill-membri tal-Mixja Neo-Katekumenali tal-Belt Valletta.  Mistiedna lkoll ningħaqdu magħhom. 

8.00 p.m. Kunċert ta' marċi brijużi mill-Banda tas-Soċjetà 'La Valette' fil-Każin. 

Is-Sibt, 16 ta' Ottubru: Ċelebrazzjoni esterna 

10.30 a.m. Marċ mill-Banda tal-Madonna tal-Karmnu - Balluta li jibda minn ħdejn Dar il-Pawlini fi Triq l-Arċisqof, Triq Sant Ursola, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran, Triq San Duminku, Triq San Pawl, Triq Santa Luċija, Triq ir-Repubblika u jispiċċa fil-Każin 'La Valette'. 

Is-Sibt, 16 ta' Ottubru: Mistieden Speċjali l-Isqof ta' Għawdex.

6.15 p.m. Nilqgħu fostna l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex.

6.30 p.m. Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Isqof Mario Grech flimkien mall-Kapitlu.  Rev. Mons. Isqof iwaslilna messaġġ tal-okkażjoni.

Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali. 

8.00 p.m. Attività soċjali maġenb il-knisja fi Triq San Pawl 

Il-Ħadd, 17 ta' Ottubru - Jum l-Anniversarju

9.00 a.m. Nilqgħu fostna lill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta' Malta.

9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Arċisqof bis-sehem tal-Kapitlu.  Il-messaġġ tal-okkażjoni se jsir minn Mons. Arċisqof.

11.45 a.m. Quddiesa bl-omelija.

4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Lawrence Zammit.

5.30 p.m. Ħruġ tal-Purċissjoni mill-Knisja ta' San Pawl Nawfragu fejn għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parroċċa, il-vara titulari ta' San Pawl ser tinżel 'l-Arċipiergu'.  Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. La Valette ser tieħu sehem f'din l-okkażjonispeċjali u takkumpanja l-vara ta' San Pawl matul it-triq b'innijiet Pawlini u marċi ferrieħa minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Sant Ursola, Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, u Triq San Pawl. 

Meta l-vara ta' San Pawl tasal fi Triq il-Mediterran, din ser titla maġenb il-Monument tal-Qanpiena (Siege Bell Monument) bil-vara ta' San Pawl tħares lejn il-bokka tal-Port il-Kbir.  L-Arċipriet imexxi ċ-ċerimonja tal-Istqarrija tal-Fidi.

Wara din iċ-ċerimonja, l-Għaqda tal-Pawlini 'Kummissjoni Nar' tippreżenta logħob tan-nar tal-Ajru mill-Port il-Kbir.

9.30 p.m. Dħul tal-vara ta' San Pawl fil-Knisja.  Jitkantaw innijiet Pawlini, tiġi esegwita l-Antifona 'Sancte Paule' u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-kor u l-orkestra waqt il-Quddiesa Pontifikali u waqt l-Għeluq tal-Festa filgħaxija se jkunu taħt id-direzzjoni ta' Mro. Joseph Gatt. 

Il-Kor Parrokkjali 'Saulus' se jkun taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. 

  © Valletta Local Council 2007 Disclaimer | Privacy Policy | Sitemap
| About Us | News | Events | Directory | Getting Around | History & Culture | Malta | Archives & Speeches | Services | Projects | Your Events in Valletta | Agenda/Minutes & schedule | Facebook

icon.
What's on? News History Malta Photos Directory UNESCO World Heritage Centre Malta Maritime Authority