Logo City of Valletta
Search





The Official Website of the Valletta Local Council Administration
Joseph Spiteri

Joseph (Joe) Spiteri twieled fil-21 ta’ Settembru 1961. Ilu attiv fil-politika mill-1980. Serva f’diversi karigi fil-kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista sas-sena 2005. Fl-1993 ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fil-Belt Valletta u gie elett Kunsillier.
 
Baqa jikkontesta l-elezzjonijiet kollha tal-Kunsilli Lokali u ilu jifforma parti mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta f’isem il-Partit Nazzjonalista ghal dawn l-ahhar 11 il-sena. Bejn l-1999 u s-sena 2002 kien elett ghall-ewwel darba Vici Sindku tal-Belt Valletta. Kariga li ghadu jokkupa sal-lum.
 
Huwa ippartecipa f’diversi fora internazzjonali f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u mexxa progett fi hdan l-Unjoni Ewropeja f’isem il-Belt Valletta, flimkien ma’ numru ta’ Bliet fortifikati ohra Ewropej.
 
Joe Spiteri huwa wkoll membru fl-kumitat ezekuttiv tal-Organizzazjoni Internazzjonali tal-Bliet Fortifikati f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta
 
Huwa dahal fis-servizz pubbliku f’Settembru tal-1990. Wara l-elezzjoni tal-1998 Joe Spiteri inghata l-hatra ta’Ufficjal fis-segretarjat privat tal-Ministru ghall-Investiment, Industrija u Teknoligija tal-Informazzjoni l-Onor. Dr. Austin Gatt. Kariga li ghadu jokkupa sa llum.


  © Valletta Local Council 2007 Disclaimer | Privacy Policy | Sitemap
| About Us | News | Events | Directory | Getting Around | History & Culture | Malta | Archives & Speeches | Services | Projects | Your Events in Valletta | Agenda/Minutes & schedule | Facebook

icon.
What's on? News History Malta Photos Directory UNESCO World Heritage Centre Malta Maritime Authority