Twieled fit-18 ta’ Ottubru 1978, jghix il-belt u ha l-edukazzjoni tieghu f’bosta skejjel, kemm fi-skejjel tal-gvern kif ukoll dawk tal-knisja u private. Ghandu edukazzjoni sal-hames sena sekondarja (form5) u sa min meta kellu eta’ zghira wera ix xewqa li jkun attiv f’affarijiet politici fejn jidhol il-Partit Laburista.
Ilu attiv fil-politika mil 1996, infatti fil-prezent jokkupa il-kariga ta’ Segretarju Amministrattiv fic-centru lokali Laburista tal-belt, delegat fi hdan il-Partit Laburista (MLP) u issa fil-present inghata ir-rwol ta Minority Leader fi hdan il-kunsill lokali tal-belt.
Ikkontesta ghal-ewwel darba fl-ellezjoni tal-kunsill lokali fl-2005 w gie mahtur kunsillier wara li giet vakata din il-pozizjoni. Rega ikkontesta fl-2008 u gab l-iktar ammont ta voti wara l-ex sindku nazzjonalista Paul Borg Olivier, u l-aktar ammont ta voti min fost il-kandidati laburisti min kemm ilu jikkontesta il-Partit Laburista fil-belt Valletta, infatti illum jokkupa il-kariga ta Minority Leader fuq il-kunsilliera laburisti shabu.
Huwa gie inkarigat mill-indafa pubblika u dak kollu li jaqa taht l-indafa fil belt.
Fil-prezent jahdem mal-Media Centre Ltd li taghmel parti mill-Arcidjocesi ta' Malta. Jahdem fl-istamperija tal-kurja u imlahhaq bhala shop steward fis-sezzjoni ta l-istampar u pubblikazzjonijiet
Deskrit bhala habrieki u jipprova jaghmel l-impossibli biex jghin lill-kullhadd.
Ix-xewqa tieghu hi li jara il-belt kapitali f’pozizzjoni ahjar u li tixraqilha.