| Joseph Spiteri |
|
Joseph (Joe) Spiteri twieled fil-21 ta’ Settembru 1961. Ilu attiv fil-politika mill-1980. Serva f’diversi karigi fil-kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista sas-sena 2005. Fl-1993 ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fil-Belt Valletta u gie elett Kunsillier. Baqa jikkontesta l-elezzjonijiet kollha tal-Kunsilli Lokali u ilu jifforma parti mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta f’isem il-Partit Nazzjonalista ghal dawn l-ahhar 11 il-sena. Bejn l-1999 u s-sena 2002 kien elett ghall-ewwel darba Vici Sindku tal-Belt Valletta. Kariga li ghadu jokkupa sal-lum. Huwa ippartecipa f’diversi fora internazzjonali f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u mexxa progett fi hdan l-Unjoni Ewropeja f’isem il-Belt Valletta, flimkien ma’ numru ta’ Bliet fortifikati ohra Ewropej. Joe Spiteri huwa wkoll membru fl-kumitat ezekuttiv tal-Organizzazjoni Internazzjonali tal-Bliet Fortifikati f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta Huwa dahal fis-servizz pubbliku f’Settembru tal-1990. Wara l-elezzjoni tal-1998 Joe Spiteri inghata l-hatra ta’Ufficjal fis-segretarjat privat tal-Ministru ghall-Investiment, Industrija u Teknoligija tal-Informazzjoni l-Onor. Dr. Austin Gatt. Kariga li ghadu jokkupa sa llum.
|
|